Test sħiħ

People4Soil: iffirma l-inizjattiva taċ-ċittadini biex insalvaw il-ħamrija tal-Ewropa!

Il-ħamrija hija waħda mill-aktar riżorsi strateġiċi tal-Ewropa, peress li tiżgura r-regolamenti dwar is-sigurtà tal-ikel, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima. Wasal iż-żmien li nħarsu l-ħamrija tal-Ewropa.

Għanijiet ewlenin: ir-rikonoxximent tal-ħamrija bħala wirt komuni li teħtieġ protezzjoni fil-livell tal-UE, peress li tipprovdi benefiċċji essenzjali marbuta mal-benesseri tal-bniedem u r-reżiljenza ambjentali; l-iżvilupp ta’ qafas dedikat, li jorbot legalment, li jkopri t-theddidiet ewlenin għall-ħamrija: erożjoni, issiġillar, tnaqqis fil-materja organika, telf tal-bijodiversità u kontaminazzjoni; l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU marbuta mal-ħamrija fil-politiki tal-UE; monitoraġġ u tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-setturi tal-biedja u tal-forestrija.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea:
2016-000002
Data tar-reġistrazzjoni:
12/9/2016
Indirizz tal-websajt ta’ din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta fuq ir-reġistru tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/initiatives/ongoing/details/2016/000002
Ismijiet tal-persuni ta' kuntatt irreġistrati:
Cosimo Damiano Di Simine, Marta Messa
Ismijiet ta' orgnizzaturi rreġistrati oħrajn:
Bernward Paul Hermann Geier, Maria Isabel Alba Linhares Branco, Solène Demonet, Victoriano Gonzálvez Perez, Albertus Buizer
Is-sit web ta’ din l-inizjattiva proposta taċ-ċittadini
http://www.people4soil.eu