People4Soil: iffirma l-inizjattiva taċ-ċittadini biex insalvaw il-ħamrija tal-Ewropa!

Il-ħamrija hija waħda mill-aktar riżorsi strateġiċi tal-Ewropa, peress li tiżgura r-regolamenti dwar is-sigurtà tal-ikel, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima. Wasal iż-żmien li nħarsu l-ħamrija tal-Ewropa.

Għanijiet ewlenin: ir-rikonoxximent tal-ħamrija bħala wirt komuni li teħtieġ protezzjoni fil-livell tal-UE, peress li tipprovdi benefiċċji essenzjali marbuta mal-benesseri tal-bniedem u r-reżiljenza ambjentali; l-iżvilupp ta’ qafas dedikat, li jorbot legalment, li jkopri t-theddidiet ewlenin għall-ħamrija: erożjoni, issiġillar, tnaqqis fil-materja organika, telf tal-bijodiversità u kontaminazzjoni; l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU marbuta mal-ħamrija fil-politiki tal-UE; monitoraġġ u tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-setturi tal-biedja u tal-forestrija.

 /  / 

Biex tappoġġa Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, jeħtieġlek tkun ċittadin tal-UE (ċittadin ta' Stat Membru tal-UE) u jkollok biżżejjed snin biex tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (18-il sena ħlief fl-Awstrija fejn l-età għall-vot hi ta' 16-il sena).